MAĦSUDA BIT-TELFA TAŻ-ŻAGĦŻUGĦ RAMIRO MALLIA

0 Просмотры
Издатель
• Ramiro Mallia, żagħżugħ ta’ dsatax-il sena miet ħabta u sabta wara ħruġ ta’ gass minn heater f’dar f’Ħal Qormi.

L-għada, ONE News tkellem ma’ Dr Victor Calvagna, it-tabib li kien fejjaq lil Ramiro Mallia mill-kanċer meta kien għadu ċkejken.

Fis-servizz li jmiss se nsellmu l-memorja ta’ żagħżugħ b’qalb tad-deheb.

KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: DYLAN CARUANA / ARKIVJI

“Minn dejjem kien tifel gustuż, ferrieħi u sempliċi.”

Dan saħqu t-tabib Dr Victor Calvagna, it-tabib li fejjaq lil Ramiro Mallia mill-kanċer.

Ramiro Mallia huwa ż-żagħżugħ ta’ dsatax -il sena li miet wara ħruġ ta’ gass minn heater f’dar f’Ħal Qormi.

Il-każ seħħ it-Tlieta waranofsinhar, hekk kif il-ġuvni ntilef minn sensih u ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku iżda sfortunament tilef ħajtu ftit tal-ħin wara fl-Isptar Mater Dei.
Ma’ ONE News, Dr Victor Calvagna, li huwa wieħed mill-fundaturi ta’ Puttinu Cares irrakkonta li meta Ramiro kważi kellu tliet snin kien qed jiġġieled kontra l-marda tal-kanċer tal- leukemia, li rnexxielu jegħleb.

DR VICTOR CALVAGNA
IT-TABIB LI FEJJAQ LIL RAMIRO
“Tifel li ma tantx kien iħabbatna sabiex jieħdu t-trattament u rrisponda tajjeb, għamel iż-żmien tiegħu u jieħu t-trattament għamel xi sentejn, tliet snin u imbagħad irrisponda tajjeb u kompla l-ħajja tiegħu normali kif ikomplu ħafna mit-tfal li jkollhom il-kanċer.”

Dr Calvagna qal kif il-qraba ta’ Ramiro, fosthom ommu u missieru għenu lil Puttinu Cares u huwa segwa l-passi tagħhom.

DR VICTOR CALVAGNA
IT-TABIB LI FEJJAQ LIL RAMIRO
“U meta beda jikber beda jieħu sehem hu wkoll u jgħin hu wkoll, u anke ħa l-iniżjattiva biex jagħmel fundraising, hu wkoll, mhux għal Puttinu biss imma għall-organizazzjonijiet oħrajn.”

Dr Calvagna semma kif xi ħaġa li laqtitu min Ramiro kien meta f’għeluq sninu, fl-aħħar ta’ Diċembru qabżu f’baħar iffriżat sabiex jiġbru l-flus għall-għaqdiet volontarji, fosthom Puttinu Cares.

Semma wkoll kif bħalissa, Ramiro kien qed ibiegħ il-figolli sabiex mill-flus li jaqla’ jmorru għall-Puttinu Cares.

Fil-fatt din kienet l-aħħar kitba li għamel fuq Facebook fejn sal-aħħar, Ramiro baqa’ jfittex li jgħin lil ħaddieħor.

DR VICTOR CALVAGNA
IT-TABIB LI FEJJAQ LIL RAMIRO
“Issa waqt l-Għid kien ukoll diġà qiegħed jagħmel pjannijiet biex ibigħ il-figolli u jiġbor għall-Puttinu Cares. So dawn huma affarijiet li juruk kemm hu kellu għal qalbu lil Puttinu Cares u kemm xtaq minn dejjem jgħin lil ħaddieħor.”

Fuq il-midja soċjali, kienu diversi persuni u għaqdiet li urew id-dieqa tagħhom għat-telfa sfortunata ta’ Ramiro. Fost dawn kien hemm l-għaqda Puttinu Cares, li qalet, “Min qatt kellu jgħidilna li wara li għelibt il-marda tal-kanċer meta kellek biss tliet snin, kellek tħallina hekk ħabta u sabta.”

Oħrajn qalu li s-smewwiet se jkun imħarsa minn anġlu ġdid.

Anġlu sod, altruwist u b’qalb tad-deheb bħal ħafna Maltin u Għawdxin, kif kien qalilna hu stess f’intervista riċenti.

RAMIRO MALLIA
“Dawn in-nies iħarsu lejn in-nies li jagħtuhom donazzjoni wkoll hija ħaġa kbira llum il-ġurnata u l-Maltin għandhom vera qalbhom kbira.”
Категория
Семейное кино
Комментариев нет.